Mill-kitba ta’ Bin Għisa u t-tpenġija ta’ Dell, twieled Piju s-Surġent. Sebgħu dritt, ma jdurlekx mal-lewża u lanqas ma jħalliha ħelwa għal melħa. Fi kliem ieħor Piju s-Surġent raġel sod u tal-kelma u dak li għandu jgħid, jgħidulek...bla tlaqliq. Fl-istejjer tiegħu li s’issa dehru tnejn, narawh jeħodha max-xjaten u l-uħux, jifqalhom wiċċhom, imegħekom megħka tajba u jagħtihom xebgħa kif tmiss il-liġi. Piju s-Surġent donnu laqat korda mil-qarrejja tal-Komiks tas-Sikkina. Bin Għisa stqarr li dan il-karattru għandu potenzjal u jista’ jkun li fil-futur jagħtina storja oħra ta’ dan il-karattru enigmatiku. Piju s-surġent imdawwar bil-misteri. Hu telaq il-korp bla nafu għaliex imma spiss ikun imsejjaħ f’nofs ta’ lejl biex iżomm l-ordni li hi mhedda mill-forzi tad-dlam. Insibuh bħala Aġent tal-Qamar li minn tfulitu tah poteri speċjali, Piju jitkellem mal-ħares u dan jibgaħtu b’missjoni għand boxxla xjaten. Minn dawn tal-aħħar, għad hawn minnhom kemm trid jiġru mas-saqajn u Piju s-Surġent żgur li se jkollu jħabbat wiċċu magħhom waqt ir-ronda tiegħu ta’ billejl.
Sunday, November 18, 2012
Tajjeb għax tajjeb... Tajjeb għax Surġent!
Kartellun impenġi minn Dell (Robert Zammit)

Tuesday, November 13, 2012
Kartelluni Kranium/Comic Con
Qatt għaddielek minn rasek li hemm min raqad ma’ waħda u xorrbitlu ruħu? Qatt immaġinajt li tista’ tara l-mejtin jitkellmu? Qatt rajt ħanżira ssuq vann? Dawn u ħafna iktar ħwejjeġ strambi jiġru fir-rakkonti tas-sensiela L-Għid tal-Erwieħ – Kranium (Rock Band), strixxikli li joħorġu l-Komiks tas-Sikkina.
Għall-okkażjoni
tal-Comic Con 2012, Dell (Robert Zammit) penġa b’sengħa ta’ artist, poster li
juri l-karattri li s’issa ltqagħu magħhom ir-rock band Kranium fl-inkontri
tagħhom mad-dinja sopranaturali tas-sħaħar u l-uħux. Fil-Komiks tas-Sikkina s’issa,
nsibu tliet strixxikli tal-Kranium li jirrakkontaw it-trasformazzjoni ta’
wieħed mill-membri tal-band minn bniedem normali għal mostru – waħx ikkontrollat
minn draga (speċi ta’ saħħara ħażina) mqabbda mis-Serp tas-Seba’ Rjus, f’konfoffa
biex jirbħu s-saltna ta’ Ċensa l-Mewt. Il-Kranium idoqqu mużika oriġinali
tagħhom imsejħa Demon-Metal, jiġġerrew ‘l hawn u ‘l hinn bil-vann stramb
tagħhom imsejjaħ ukoll il-Karozza tan-Nar, għaliex jingħad li ħareġ mill-foroġ
tax-xjaten-qaddejja tas-Serp.
Segwu l-istorja
tal-Kranium fl-istrixxikli tal-Komiks tas-Sikkina li se jkunu għal bejgħ
fil-Comic Con ta’ din is-sena fit-8 u d-9 fil-Kavallier ta’ San Ġakbu l-Belt. It-tliet
strixxikli tal-Kranium huma dawn:
1. Ara
ġejja l-Mewt għalik
2.
Bla
rqad sa tlugħ ix-xemx
3.
Il-Qamar
fil-bir
Saturday, November 10, 2012
Se taqta’ figura tajba!
Il-Malta Comic
Con dalwaqt se tesponi t-talenti Maltin u Barranin fl-ikbar attività li qatt
organizzat s’issa. Ħafna huma dawk l-artisti delettanti tal-komiks li bħalissa
jinsabu fl-aħħar pinzellati tax-xogħol tagħhom biex juru x’jafu waqt dan
l-avveniment uniku f’Malta filwaqt li massa ta’ madwar erba’ u għoxrin artist barrani se jkunu ukoll preżenti fil-Comic Con
bl-artworks, il-kotba u dak kollu li se jġibu magħhom. Il-Comic Con din is-sena
żgur se taqta’ figura tajba mal-pubbliku li d-diriġenti tagħha qed jistennew li
jkun numeruż ġmielu.
Unika ukoll għal
din is-sena hija, li l-Comic Con għall-ewwel darba se tinvadi kull rokna u sala
li hemm fil-Kavallier ta’ San Ġakbu biex titrasformah f’festival ibaqbaq bl-elementi
kkuluriti, avventurużi u eċitanti rimonmati mad-dinja tal-komiks. Tmiem
il-ġimgħa li mhux ta’ min jitilfu!
Il-biljetti qed jgħidulna diġa bdew jinbiegħu.
Żuru waħda s-sit hawnhekk biex taraw b’għajnejkom stess x’se joffri dan
l-avveniment annwali tal-komiks.
Sunday, October 28, 2012
Muża ħelwa
Ilna nfittxu biex niltaqgħu magħha. Bit-taħbit ta' kuljum, bl-istress ta' fuq ix-xogħol, bil-għaġla tal-ħajja, il-Muża titwarrab u tmur tinħeba f'kamra x'imkien, toħlom u tiffantasizza.
Il-qarrejja tal-Komiks tas-Sikkina ħerqana jistennew l-aħħar strixxiklu tal-Gawgaw jew tal-Kranium u issa ta' Piju s-Surġent. Fittxuna fil-Comic Con 2012 fil-kavallier ta' San Ġakbu, il-Belt fit-8 u d-9 ta' Diċembru. Il-Muża għandha mnejn issib lilkom hemm ukoll.
Sunday, November 27, 2011
Il-Malta Comic Con 2011 - għaddiet ukoll.

Bħall-attivitajiet l-oħrajn li kellna din is-sena, l-Earth Garden u l-Lejl Imdawwal (Notte Bianca), il-Malta Comic Con waslet ukoll fi tmiemha illum. Dawn nistghu ngħidu li huma l-uniċi opportunitajiet li jipprovdulna lok fejn niltaqgħu magħkom il-qarrejja u dan nieħdu gost nagħmluh u nistennew bil-ħerqa għad-drabi li jmiss, x'aktarx is-sena d-dieħla. Intom li sirtu tafuna għall-ewwel darba u qed tħufu fis-sit tagħna u f'dan il-blogg, nagħtukom merħba filwaqt li nistednukom tkomplu ssegwuna fil-ġimgħat li ġejjin għal xi ħarġiet ġodda tal-Komiks tas-Sikkina.
Il-festival tal-komik din is-sena kien, fl-opinjoni tagħna, suċċess, mimli b'attivitajiet interessanti u artisti talentati u attendenza sabiħa tal-pubbliku. Nirringrazzjaw lill-organizzaturi, il-Wicked Comics u nifirħulhom għal dan is-suċċess. Ħadna gost naraw pubblikzzjonijiet ġodda minn artisti lokali. Nittamaw li dan ir-rittmu jkompli għaddej fis-snin li ġejjin. Prosit lil kulħadd.
Dawn huma l-pubblikazzjonijiet li rajna u li akkwistajna aħna fl-edizzjoni ta' din is-sena:
Arcana Crusade 1 - Bernard Micallef
Ħal Mudlam Issue 2 - Joseph Bugeja
Apocalypse Rocked Part 1- Dean Fenech
Piju s-Surġent - Bin Għisa u Dell (Robert Micallef)
Tuesday, November 22, 2011
Piju s-Surġent fil-Malta Comic Con 2011

Piju s-Surġent huwa wieħed mill-karattri l-ġodda tal-Komiks tas-Sikkina. Maħluq minn Bin Għisa u mpinġi minn Dell (Robert Zammit), dan il-karattru l-ġdid ikompli jintroduċina mal-kwien tas-seħer bħalma huma d-dragi, tas-setta, s-sħaħar, ix-xjafek u l-kitbiebes. Piju s-Surġent huwa aġent speċjali tal-Qamar, u mibgħut mill-Ħares biex ikisser li dawn li jġibu l-kaos u d-diżordni. Għax Piju ma jaħmilx 'l min jagħmel il-ħsara. B'dirgħajh felħana jeħodha mal-bhejjem feroċi u l-uħux li joħorġu fis-satra tal-lejl.
Piju s-Surġent deher għall-ewwel darba s-sena l-oħra fi strixxiklu speċjali tal-Comic Con. Din is-sena se jkompli fejn ħalla l-aħħar darba biex jiġġieled għalina ċ-ċittadini u 'l dawk li mhumiex magħna se jifqagħhom, jgħattanhom u jġibhom fix-xejn.
Piju s-Surġent huwa strixxiklu wieħed waħdu, jiġifieri storja bla rabta ma' xi sensiela oħra. Jinkludi fih l-istorja tas-sena l-oħra u se jkun għall-bejgħ fil-Comic Con ta' din is-sena fil-Kavallier ta' San Ġakbu, il-Belt, fis-26 u s-27 ta' Novembru 2011.

Friday, November 4, 2011
Malta Comic Con 2011

Il-festival annwali tal-komiks f'Malta se jsir fis-26 u s-27 ta' Novembru 2011 fil-kavallier ta' San Ġakbu, il-Belt. Se jkun hemm ħafna attivitajiet differenti inklużi films, taħdidiet, wirjiet ta' artisti lokali u barranin eċċ. Aħna tal-komiks tas-sikkkina se nkunu hemm bl-aħħar strixxikli tagħna. Tilifux dan l-avveniment tas-sena intom kollha dilettanti tar-rakkont impenġi. Segwu l-aħħar aħbarijiet u żviluppi fis-sit uffiċċjali tal-Malta Comic Con hawnhekk.
Subscribe to:
Posts (Atom)