Mhux ta' min joqgħod jagħmel il-proponimenti meta nafu li hija iebsa biex nimxu iktar pass imgħaġġel fil-publikazzjoni tal-Komiks tas-Sikkina. Veru li li x-xogħol waqa' lura bil-bosta. L-istennija għall-istrixxiklu tal-Gawgaw u l-Imlejka nru.4 hija waħda li damet iżżejjed u din is-sena rridu li din ma tibqax ttul. Allura, forsi din hija ukoll proposta għas-sena 2016. Fil-qedem tal-Babilonja jingħad li n-nies kienet tagħmel il-proponimenti quddiem l-allat sabiex tinbidel u ssir togħġobhom. Wegħdiet li kulħadd jittama li jwettaq.
Bdiet sena ġdida. L-Imlejka hija magħrufa fil-folklor tagħna li fl-ewwel tas-sena tinżel iddur it-toroq u żżur id-djar tagħna. Tinża' l-libsa l-qadima u xxidd il-ġdida. Xi uħud kienu jarawha li minn mara xiħa tinbidel fi xbejba ta' ġmiel li ma bħalu. Hija u timxi fit-triqat tagħna, warjaha tħalli r-risq fejn tara l-ordni u l-indafa inkella l-fell (li hu risq ħażin) fejn tara t-traskuraġni u l-ħmieġ. Permezz ta' dan il-blogg li fil-biċċa l-kbira tiegħu jkun mitluq matul il-jiem tas-sena, qed nippostjaw l-ewwel messaġġ li qed iservi bħala proponiment biex l-istrixxikli li jmiss, jaslu għandkom b'mod iktar spiss. Nittamaw ukoll li din it-tħarbixa dwar l-Imlejka ġġibilna r-risq biex iseħħ dan, iktar milli ġabet drabi oħra fi snin imgħoddija.
Lilkom li għadkom bil-paċenzja kollha tistennew il-kontribuzzjoni tagħna fil-komiks tas-sikkina, nawguralkom is-sena l-ġdida mimlija risq u ukoll mimlija b'iktar strixxikli minn tagħna. L-istess awgurju lilek li dħalt iżżurna għall-ewwel darba.
Saturday, January 2, 2016
Sunday, November 22, 2015
Friday, January 2, 2015
Is-sena t-tajba.
Għeżież segwaċi ta' dan il-blogg u qarrejja tal-Komiks tas-Sikkina, nixtiqulkom l-isbaħ xewqat għas-sena l-ġdida, u r-risq u l-ġid li tista' ġġib magħha. Bħal kull sena, aħna nawguralkom bil-mod fantastiku u mitoloġiku kif aħna mdorrijin nagħmlu fl-ispirtu tal-komiks tagħna. Kif għednielkom drabi oħra biex infakkrukom dwar ix-xbieha tal-Imlejka, li skont Patri Manwel Magri. hija l-ekwivalenti tal-alla qadima feniċja, Għaxtart, fit-tradizzjoni tal-Maltin tal-imgħoddi, kienet tiġi fl-ewwel tas-sena u ddur id-djar u jekk tidħol f'dar fejn hemm l-intiena, hija tħalli warajha l-fell (jiġifieri risq ħażin) imma jekk issib l-indafa u xxomm il-fwieħa tal-fjuri hija tħalli r-risq.
L-imlejka hija waħda mill-karattri fl-istejjer tal-Gawgaw fejn fl-istrixxikli ppubblikati s'issa, qed tkun imfittxa mill-istess Gawgaw. Nittamaw li jsibha ma jdumx kif nittamaw li ssibuha intom ukoll biex tħallilkom ir-risq u l-ġid. Mela naddfu tindifa tajba darkom, ifirxu soddkom u ixtru bukkett fjuri għal fuq il-mejda għas-sena l-ġdida.
Friday, November 21, 2014
Happy Malta Comic Con 2014
Il-Wicked Comics se jippreżentaw id-disa' festival tal-komiks; Malta Comic Con fejn l-artisti, kittieba tal-komiks jiltaqgħu biex jaqsmu l-informazzjoni u jesibixxu t-talent tagħhom. Ma' dawn jingħaqdu ukoll id-delettanti tal-logħob u l-imitaturi tal-karattri f'xalata ta' kostumi, wirjiet, logħob u kompetizzjonijiet matul il-jumejn ta' bejn is-Sibt 29 ta' Novembru u l-Ħadd 30 ta' Novembru fil-Kavallier ta' San Ġakbu, Ċentru għall-Kreattività, il-Belt Valletta.
Bħas-soltu lilna tal-Komiks tas-Sikkina se ssibuna fil-posta modesta tagħna fejn ikollkom iċ-ċans tgħidu kelma magħna u taġġornaw ruħkom mal-komiks tagħna.
Narawkom.
Friday, November 14, 2014
Il-festival nazzjonali tal-ktieb.
Il-festival nazzjonali tal-ktieb reġa' magħna din is-sena b'varejetà kbira ta' kotba li joħorġu f'pajjiżna. Il-komiks huma rari f'dan il-festival. Madankollu fil-posta ta' SIERRA fis-sala ta' Dar il-Mediterran fejn qed isir dan l-avveniment annwali, għandkom issibu STEJJER IMPENĠIJA ta' Audrienne Degiorgio u Davida Flores bħala penġejja u Bin Għisa u l-barba Kieli bħala kittieba ta' dan il-komik. Għal dawk li għadhom ma xtrawx kopja - issa hu l-waqt li tiksbuh.
Sunday, November 2, 2014
Malta Comics Expo 2014 f'Dar il-Mediterran mill-31 ta' Ottubru sat-2 ta' Novembru 2014.
Malta Comics qed jipprovdu lok u żvog ieħor fejn id-delettanti tal-komiks jixxalaw f'festival ta' esspożizzjonijiet, bejgħ u opportunitajiet ta' qsim ta' ideat u esperjenzi f'dak li għandu x'jaqsam mal-komiks, films, gaming u suggetti oħra relatati.
Ħudu pjaċir!
Malta Comics qed jipprovdu lok u żvog ieħor fejn id-delettanti tal-komiks jixxalaw f'festival ta' esspożizzjonijiet, bejgħ u opportunitajiet ta' qsim ta' ideat u esperjenzi f'dak li għandu x'jaqsam mal-komiks, films, gaming u suggetti oħra relatati.
Ħudu pjaċir!
Sunday, February 2, 2014
Stejjer Impenġija fuq il-Paġna Letterarja
L-artikolett kif deher is-Sibt 25 ta' Jannar 2014 fuq il-paġna Letterarja ta' L-Orizzont editjata minn Omar Seguna.
Subscribe to:
Posts (Atom)






