Malta Comics Expo 2014 f'Dar il-Mediterran mill-31 ta' Ottubru sat-2 ta' Novembru 2014.
Malta Comics qed jipprovdu lok u żvog ieħor fejn id-delettanti tal-komiks jixxalaw f'festival ta' esspożizzjonijiet, bejgħ u opportunitajiet ta' qsim ta' ideat u esperjenzi f'dak li għandu x'jaqsam mal-komiks, films, gaming u suggetti oħra relatati.
Ħudu pjaċir!
Sunday, November 2, 2014
Sunday, February 2, 2014
Stejjer Impenġija fuq il-Paġna Letterarja
L-artikolett kif deher is-Sibt 25 ta' Jannar 2014 fuq il-paġna Letterarja ta' L-Orizzont editjata minn Omar Seguna.
Monday, December 9, 2013
Stejjer Impenġija Nru 1
Dan huwa l-video tal-komik Stejjer Impenġija li għadu kif inħareġ b'kolaborazzjoni bejn il-Komiks tas-Sikkina u żewġ artisti oħra, Davida Flores u Audrienne Degiorgio. L-idea tal-pubblikazzjoni hija dik li ddaħħal iktar l-element letterarju fil-komiks. Dan il-proġett beda jkun diskuss fil-bidu ta' din is-sena u taħt it-tikketta ġdida mwaqqfa mill-istess kolaboraturi bl-isem ta' Stejjer Impenġija, ippubblikat l-ewwel komik mis-sensiela. Iż-żewġ stejjer li nsibu f'din il-pubblikazzjoni huma Lejl Imdawwal u Ħolma. Tal-ewwel miktuba mill-Barba Kieli u impenġija minn Davida Flores filwaqt li tat-tieni għandha l-kitba ta' Bin Għisa u t-tpenġija ta' Audrienne Degiorgio. Bin Għisa ħadem ukoll it-tifsiliet grafiċi taż-żewġ stejjer waqt li d-disinn inġenerali tal-komik tħalla f'idejn Audrienne. Davida ddisinjat il-qoxra.
Min hu interessat li jakkwista kopja ta' dan il-komik ġdid għandu jikteb lil komikstassikkina@gmail.com
Sunday, December 1, 2013
Kafè iswed, tè bla ħalib, hot chocolate u
kapuċċino hija l-ordni tipika ta’ żewġ awturi u żewġ artisti tal-komiks li fuq
mejda f’misraħ ewlieni fil-Belt, jitħaddtu u jfasslu sensiela ġdida
għall-komiks. Din l-ordni tipika tagħhom għandha karatteristiċi u gosti
individwali iżda sħiħa x'ħin imqiegħda
flimkien fuq mejda waħda. Dawn huma l-Istejjer Impenġija nru. 1 li għadu kif ħareġ għall-bejgħ fil-Comic Con illum.
Hija ħaġa inkoraġġanti li illum qed naraw numru
ta’ artisti jingħaqdu biex jipproduċu xi forma jew oħra ta’ komik. Tħajjarna
biex nagħmlu xi
ħaġa simili. L-iskop kien li nagħmlu komik imma nibtet din l-idea li l-istejjer
ikunu jillustraw rakkonti qosra, xi ftit
jew wisq mundani imma b’togħma letterarja. Fi ħsiebna kellna li dan il-komik jappella
għall-qarrejja interessati f’suġġetti oħra
u mhux bilfors fl-eroj tipiku
assoċjat ma’ dan il-mezz popolari.
Veru li normalment il-komik ma tarahx f’idejn min
iħobb jaqra novelli u rumanzi imma dan hu ftuħ ġdid biex jiġbed qarrejja ġodda
tal-komiks. M’aħna nagħmlu xejn ġdid li qabel qatt ma sar. Imma x’inhu ġdid taħt il-kappa tax-xemx?
Fix-xena tal-komiks hawn Malta nħossu li dan
it-tip ta’ qari hawn loku u li għandu potenzjal li jiftaħ iżjed possibbiltajiet għas-suq ċkejken tagħna.
Fuq kollox Stejjer Impenġija joffri sensiela ta’
rakkonti divertenti għall-adulti li ukoll inisslu tbissima jew inqanqlu ħsieb.
Magħmulin biex jinqraw malajr kullimkien, fuq tal-linja, fil-brejk tax-xogħol
jew f’xi kafeterija int u tixrob it-tè, il-hot chocolate jew
il-kapuċċino. Imbagħad tkun tista’ dduq dawn l-istejjer u titpaxxa bil-kikkra
artistika u bl-aroma letterarja li qed joffrulek.
Sunday, November 10, 2013
Il-Festival tal-Komiks - Xalata ta' talent!
L-appuntament annwali tad-dilettanti tal-komiks f'Malta reġa' wasal. Bħal kull sena ċ-Ċentru tal-Kreattività fil-Kavallieri ta' San Ġakbu l-Belt, se jkun imballat bl-attività relatata mad-dinja tal-Komiks. Fit-30 ta' Novembru u l-1el ta' Diċembru se jinfetħu l-bibien għall-pubbliku biex jiġi jara x'għandhom x'joffru l-artisti residenti Malta u l-mistednin minn barra. Xalata ta' talent fejn ukoll se jkunu għall-bejgħ il-komiks u t-tpenġijiet ta' dawn l-artisti. Magħhom ukoll attivitajiet oħra bħal ilbies ta' kostumi ta' karattri favoriti mad-delettanti. Bejgħ ta' komiks u wirjiet, taħditiet, workshops u films. Kollha taħt saqaf wieħed.
Għal aktar tagħrif tista' taqra dan l-artiklu: Meta l-arti u l-fantasija jiltaqgħu... il-Malta Comic Con 2013
Tuesday, January 1, 2013
2013 Is-sena t-tajba lill-qarrejja tal-komiks.
Għaddiet sena oħra u s-Sultana tax-xhur kollha, l-Imlejka, reġgħet ġiet iżżurna fl-ewwel jiem ta' din is-sena, bħas-soltu tistenna li xxomm riħa tfuħ fi djarna biex tħallilna r-risq. Risq tajjeb naturalment, għalina tal-Komiks tas-Sikkina, għax din is-sena qed nistennew li tkun aħjar minn dik li għadha kif għaddiet. Il-Gawgaw u l-Imlejka, strixxiklu nru. 4 għandu jkun lest ma jdumx. Għandna ppjanati stejjer ġodda mhux tas-soltu għalikom miktubin minn Bin Għisa u mpenġijin minn artisti tajbin ħafna magħrufa fix-xena tal-komiks f'Malta. Dwar dan ix-xogħol u l-artisti, niżvelaw iktar dettalji fix-xhur li ġejjin. Hekk ukoll nittamaw li tinħema l-istorja l-ġdida ta' Piju s-Surġent u oħra tal-Kranium. Nittamaw li nsibu opportunitajiet biex aħna tal-Komiks tas-Sikkina niltaqgħu magħkom il-qarrejja u fiż-żgur nagħmlu minn kollox biex inżommu dawk l-appuntamenti importanti ta' matul is-sena, bħall-Comic Con u forsi l-Earth Garden u l-Lejl Imdawwal, fejn l-istrixxikli tagħna jkunu disposti għalikom.
Nawguraw lilkom il-qarrejja tal-Komiks tas-Sikkina u lil kull min hu delettant tal-komiks, sena mimlija ġid u hena u r-risq li ġġibilna l-Imlejka.
Monday, December 10, 2012
Malta Comic Con 2012
Aħna
tal-Komiks tas-Sikkina nirringrazzjaw lil dawk kollha li ġew u sabuna waqt
il-Malta Comic Con ta’ din is-sena. Ħadna gost nitkellmu magħhom. Grazzi kbira
ukoll tal-appoġġ tagħkom. Din is-sena nammettu kienet sena kajmana għalina
tal-Komiks tas-Sikkina speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ produzzjoni
tal-istrixxikli tagħna. Xtaqna li jkollna għall-bejgħ il-ħarġa numru 4
tal-Gawgaw u L-Imlejka imma ma laħħaqnihiex. Qed nittamaw li din tkun lesta
fix-xhur li ġejjin. Sadanittant waqt dan il-festival tal-komiks irnexxielna
nagħmlu xi kuntatti ġodda u qed nippjanaw xi strixxiklu speċjali fil-futur.
Iżda dwar dan inħalluh bħala sorpriża għal meta jkun il-waqt biex inħabbru
l-ħruġ tiegħu.
Piju
s-Surġent mill-ġdid kien fuq il-mejda tal-Komiks tas-Sikkina bl-ewwel
strixxiklu tiegħu wara li sentejn ilu deher għall-ewwel darba f’edizzjoni
speċjali li ġiet stampata apposta għall-Comic Con u li fiha kkontribwew artisti
differenti. Bosta minnkom il-qarreja avviċinawna u staqsewna għall-iktar
stejjer minn tiegħu. Nassigurawkom li fuq dan ukoll għandna xi pjani
għaddejjin. Nittamaw li sal-Comic Con li jmiss inkunu żidna mal-kollezzjoni tas-
sensiliet tagħna tal-Komiks tas-Sikkina.
Grazzi
ukoll għall-organizzaturi tal-Malta Comic Con li ħadmu bla heda biex dan
il-festival annwali din is-sena ukoll ikun suċċess. Prosit lil kulħadd. Ħadna
gost ninnutaw li kien hemm ukoll żieda fil-komiks li b’dedikazzjoni u sengħa, nħarġu
mill-pinna ta’ artisti li jinsabu fil-gżejjer Maltin. Dawn huma xi
ftit mill-komiks li sibna għall-bejgħ din is-sena.
Subscribe to:
Posts (Atom)











