Sunday, November 18, 2012

Tajjeb għax tajjeb... Tajjeb għax Surġent!

                                    Kartellun impenġi minn Dell (Robert Zammit)

Mill-kitba ta’ Bin Għisa u t-tpenġija ta’ Dell, twieled Piju s-Surġent. Sebgħu dritt, ma jdurlekx mal-lewża u lanqas ma jħalliha ħelwa għal melħa. Fi kliem ieħor Piju s-Surġent raġel sod u tal-kelma u dak li għandu jgħid, jgħidulek...bla tlaqliq. Fl-istejjer tiegħu li s’issa dehru tnejn, narawh jeħodha max-xjaten u l-uħux, jifqalhom wiċċhom, imegħekom megħka tajba u jagħtihom xebgħa kif tmiss il-liġi. Piju s-Surġent donnu laqat korda mil-qarrejja tal-Komiks tas-Sikkina. Bin Għisa stqarr li dan  il-karattru għandu potenzjal u jista’ jkun li fil-futur jagħtina storja oħra ta’ dan il-karattru enigmatiku. Piju s-surġent imdawwar bil-misteri. Hu telaq il-korp bla nafu għaliex imma spiss ikun imsejjaħ f’nofs ta’ lejl biex iżomm l-ordni li hi mhedda mill-forzi tad-dlam. Insibuh bħala Aġent tal-Qamar li minn tfulitu tah poteri speċjali, Piju jitkellem mal-ħares u dan jibgaħtu b’missjoni għand boxxla xjaten. Minn dawn tal-aħħar, għad hawn minnhom kemm trid jiġru mas-saqajn u Piju s-Surġent żgur li se jkollu jħabbat wiċċu magħhom waqt ir-ronda tiegħu ta’ billejl.



No comments: