Fil-jiem
tal-Comic Con fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, 8 u 9 ta’ Diċembru 2012 se naraw
numru sabiħ ta’ artisti żgħażagħ delettanti tal-komiks, iniedu l-pubblikazzjoni tagħhom f’dan l-avveniment, xi uħud għat-tieni darba.
Pilot Comic Anthology, it-tieni edizzjoni se
jkollha t-tema Medjevali wara l-edizzjoni tas-SteamPunk tas-sena l-oħra.
Proġett misjuq minn Fleur Scortino u Audrienne Degiorgio li jgħaqqad l-isforz
artistiku ta’ għadd ta' kontributuri fejn jaraw ix-xogħol tagħhom ippubblikat f’volum
attrajenti sewwa sew bħal ma hu l-Pilot Comic Anthology. Il-kontributuri ta’
din l-edizzjoni Medjevali huma l-edituri stess Fleur Sciortino b’”The Unquiet
Grave” u Audrienne Degiorgio bir-rakkont grafiku tagħha “The Witch and the
Sleeper.” Magħhom ukoll se naraw ix-xogħol kreattiv ta’ Davida Flores “A King
and Pope’s Bane” li tittratta dwar l-aħħar jiem tat-Templari. Dan ix-xogħol ta’
Davida mhux l-ewwel wieħed li qed tippubblika għaliex hija ilha tpenġi regolarment
f’suppliment ta’ gazzetta partikulari indirizzat għat-tfal sa mill-2002. Fiż-żgur
li dan huwa l-ewwel xogħol tagħha mingħajr kulur indirizzat għall-adulti.
Kontributuri oħrajn huma Abbie Theuma b’”Walls” għat-tieni darba mal-Pilot
Comic Anthology, kif ukoll Rebecca Portelli b’The Hunter’s Tale”. Ma’ dawn f’din
l-edizzjoni Medjevali jiżdiedu Daniel Mercieca, Iella (Daniela Attard) u
Denitsa Petkova, lkoll b’xogħol ta’ livell għoli.
Pubblikazzjoni oħra
ta’ interess hija “A Space Boy Dream” ta’ Mark Scicluna u Moira Zahra li
tittratta l-ġrajjiet li jiltaqa’ magħhom kuljum, ġuvnott ta’ 23 sena, flimkien mal-ħbieb u
l-familja tiegħu fil-ħajja moderna tal-lum.
Komiks oħrajn li
se joħorġu għall-ewwel darba huma “Maya’s first flight” ta’ Janelle-Marie
Zammit u “Hero & Leander” id-debutt ta’ artista Olandiża Suzanne de Kock.
|
Fleur Sciortino |
|
Audrienne Degiorgio |
|
Abbie Theuma |
|
Jeanelle Marie Zammit |
|
Mark Scicluna /Moira Zahra |
No comments:
Post a Comment