Wara perjodu twil ta' stennija, ir-raba' ħarġa tas-sensiela 'Il-Gawgaw u l-Imlejka' tinsab lesta fil-forma stampata u għalhekk għalikom li tapprezzaw komik f'idejkom, issa l-waqt li tiksbu kopja ta' din il-ħarġa bi prezz minimali, billi tiktbulna f'dan l-indirizz: komikstassikkina@gmail.com jew inkella tħallu xi messaġġ fuq il-paġna ta' facebook eċċ. Il-verżjoni diġitali se tkun ippubblikata nhar l-ewwel Jannar 2021 fuq l-istess paġna ta' facebook.
F'dan ir-raba' strixxiklu se naraw lill-Gawgaw jiltaqa' mas-Saħħar Falzun, il-Qadi u l-Qajd waqt li bis-sikkina jaqsmu t-trongiet mewwija li minnhom ifaqqsu tfajliet il-ġmiel. Il-Gawgaw jirkeb iż-żiemel ħafif daqs ir-riħ biex jgħaddi mill-ġnien tal-qasab l-aħdar li jikber u jiċkien biex ma jħallihx joħroġ minnu. Imma l-Gawgaw jirnexxilu joħroġ minnu qawwi u sħiħ imma jsib ma' wiċċu l-iljun ta' Bufies li m'huwiex xi wieħed mill-ħelwin. Jeħodha miegħu u jħallih għaxwa fl-art u l-Gawgaw ikompli jgħaddi iżjed 'il quddiem fil-vjaġġ tiegħu meta flimkien mal-Ħajbu jirkeb karozza b'erba' roti li tagħmel ħoss tat-terremoti. U dan għaliex? U kif? U x'fatta? U tkunu tafu iżjed meta taqraw l-istorja kollha. Sadanittat ħudu dwejqa tal-Gawgaw u l-Imlejka b'dan il-filmat qasir.